Id-Djoċesi ta’ Għawdex hija l-porzjon tal-Poplu ta’ Alla li jħaddan il-fidi Kattolika Rumana fit-territorju tal-gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna, li huma parti mill-Arċipelagu Malti.
B’għeruqha fit-tradizzjoni appostolika li tmur lura għall-evanġelizzazzjoni tal-gżejjer minn San Pawl fis-sena 60 WK, u fdata taħt it-treġija ta’ Isqof djoċesan awtonomu sa mill-1864, fil-preżent (2026) hija tħaddan popolazzjoni ta’ madwar 35,000 ruħ u hi mqassma fuq 15-il parroċċa.
Il-missjoni tal-Knisja f’Għawdex, f’għaqda mal-Papa u r-Ragħajja spiritwali tagħha, hija dik li għaliha sejħilha l-Imgħallem Divin, Sidna Ġesù Kristu, jiġifieri li tgħix skont il-Vanġelu u xxandru bil-ferħ lill-bnedmin, għall-glorja ta’ Alla u s-salvazzjoni tal-erwieħ.
Dan is-sit elettroniku uffiċjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex jiġbor fih tagħrif u aġġornamenti dwar il-ħidma tal-Knisja lokali, ikkordinata mill-Kurja u d-dikasteri tagħha, waqt li joffrilek is-servizzi li teħtieġ. Għal iktar tagħrif, iktbilna fuq [email protected].